Cohesion Alliance Joint Call

SEJĦA KONĠUNTA
Politika ta’ koeżjoni mġedda għal wara l-2027 li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura

Mēs, vēlēti reģionu un pilsētu pārstāvji visā Eiropā, aicinām Eiropas iestādes un valstu valdības izstrādāt visaptverošu ES programmu, kuras centrā ir sociālās, ekonomiskās un teritoriālās kohēzijas stiprināšana.

Il-politika ta’ koeżjoni hija l-kolla li żżomm l-Ewropa magħquda. Għalhekk nappellaw biex il-politika ta’ koeżjoni tibqa’ pilastru fundamentali tal-mudell ta’ żvilupp talUE u l-politika ewlenija ta’ investiment deċentralizzata fit-tul fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE ta’ wara l-2027.

Biex inwieġbu kif imiss għall-isfidi attwali u futuri, aħna nippromovu politika ta’ koeżjoni mġedda għall-perjodu ta’ wara l-2027, ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

 
1. APolitika disponibbli għar-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet kollha. It-“territorji” kollha huma importanti, kemm jekk jinsabu f’pajjiżi aktar sinjuri kif ukoll f’pajjiżi ifqar.
 
2. Politika li tgħin biex il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tiġi ankrata fi ħdan il-politika industrijali tal-patt ekoloġiku l-ġdid u l-awtonomija strateġika tal-UE.
 
3. Politika mmexxija mill-għan ġenerali ta’ “tranżizzjoni ġusta”: il-perkors trasformattiv lejn in-newtralità klimatika se jkollu impatt fuq kull żona, irrispettivament mill-karatteristiċi. Dan jista’ jwassal għal aktar disparitajiet u konsegwenzi soċjali irregolari jekk ma jiġix ġestit kif suppost.
 
4. Politika li tibni fuq soluzzjonijiet ibbażati fuq il-post: id-diversità tat-territorji fl-UE hija ta’ vantaġġ.
 
5. Politika li tibni fuq il-prinċipji tad-deheb tagħha: ġestjoni kondiviża; sħubija msaħħa mal-partijiet kollha tas-soċjetà; u governanza f’diversi livelli abbażi ta’ djalogu ġenwin bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE.
 
6. Politika bbażata fuq kultura ġdida ta’ fiduċja bejn il-livelli differenti tal-gvern fl-UE.
 
7. Politika li ssaħħaħ il-kooperazzjoni territorjali u tappoġġja l-innovazzjoni territorjali u d-demokrazija.
 
8. “La tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”: il-politiki kollha tal-UE jridu jappoġġjaw it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.
 

Agra d-dokument kollu

IFFIRMA S-SEJĦA

🚨  M’intix membru tal-#CohesionAlliance? INGĦAQAD MAGĦNA!